6 “AFROGÉNESIS” VS “EUROINDOGÉNESIS”: DEBATE E IDENTIDADES ACADÉMICAS.
7. CONMOCIONES EN LA IMAGEN DE LA ETNICIDAD NEGRA: CONFLICTO ARMADO, DESPLAZAMIENTO
7.1 El avance de la guerra en el Pacífico colombiano.
MIŻURA 381: Fondi għall-Qorti ta’ Għawdex: jidher illi għal xi raġuni, il-fondi għall-Qorti ta’ Għawdex mhumiex suffiċjenti. Dan iwassal għal sitwazzjoni fejn l-esperti nominati f’inkjesti kriminali ma jkunux jistgħu jiġu mħallsa fil-ħin, hekk kif ilestu r-rapport tagħhom. Minħabba f’hekk, jidher illi jista’ jiġri l-każ fejn ir-rapport jibqa’ ma jidħolx in atti u l-kawża jkollha neċessarjament tiġi differita ripetutament. Jekk il-kawża tkun fi stadju ta’ rinviju, u kwindi l-atti jridu jiġu rimessi kull sitt ġimgħat, il-Prosekuzzjoni u l-imputat jiġu msejħa inutilment kull sitt ġimgħat, sempliċiment għaliex ir-rapport ikun għadu mhux imħallas – u ma jsir l-ebda progress. Għalhekk jinħtieġ li jiġu pprovduti fondi suffiċjenti għall-Qorti ta’ Għawdex għal dan l-iskop.
MIŻURA 382: Meta tkun il-parti leża li ma tidhirx: fil-każ illi l-parte leża ma tidhirx, hemm sentenzi kunfliġġenti. Il-Qorti tal-Appell Kriminali rriteniet illi jekk il-parte leża tkun notifikata u ma tidhirx, il-Qorti ma tistax tillibera. Is- sitwazzjoni għandha tkun illi jekk il-parte leża tkun notifikata u ma tidhirx, il- Qorti għandha tgħaddi sabiex tiddeċiedi l-kawża fuq il-provi disponibbli. Jekk il- Prosekuzzjoni jkollha riferta negativa, allura l-Qorti tkun tista’ tiddiferixxi sakemm il-parte leża tiġi notifikata. Jekk il-Prosekuzzjoni tkun ripetutament sprovvista mir-riferta tax-xhieda tagħha, allura l-Qorti wkoll għandha tordna l- prosegwiment tal-kawża mingħajr dak ix-xhud. Kull fejn il-liġi tagħti l-fakultà li l-parti leża ma tidhirx, il-kawża għandha tkompli tinstema’ fl-assenza tal-parti leża.
MIŻURA 383: Appuntamenti ta’ kawżi bil-ħin: sfortunatament, minħabba t- termini qosra imposti fil-Kodiċi Kriminali, ma tistax taħdem faċilment sistema
ta’ appuntamenti tal-kawżi bil-ħin. Anke l-istaggering tal-kawżi (per eżempju kull siegħa jew nofs siegħa) jista’ jkun diffiċli illi jitħaddem speċjalment meta, fis-sistema preżenti, il-Maġistrat jista’ ma jkollux is-sigrieta fejn l-Awla. Għalhekk, meta madwar nofs il-ġudikanti jingħataw uffiċċju fil-bini ġdid fi Strada Stretta, il-belt Valletta u oħrajn fil-bini tal-Qorti prinċipali iżda mhux fis- sigrieti annessi mal-awli, il-Kummissjoni qiegħda tipproponi illi l-ebda ġudikant ma għandu jkollu l-awla tiegħu u l-awli jiġu assenjati minflok mir-Reġistratur lill-ġudikatura skont pjan li jsir għat-tqassim tal-awla li jiġi ppreparat mir- Reġistraturi. B’hekk, kull sigrieta illi hemm viċin l-awli tkun tista’ tintuża minn dak il-ġudikant illi effettivament ikun qiegħed jaħdem f’dik l-awla f’dak il-jum partikolari. Dan għandu wkoll jippermetti staggering tal-kawżi kull siegħa jew kull nofs siegħa, anke fil-kamp penali, stante illi jekk stess il-Maġistrat ikollu xi ħin fejn ma jkunx hemm kawżi appuntati, huwa jkun jista’ xorta waħda jkompli b’xi xogħol fis-sigrieta annessa mal-Awla. Bis-sistema ta’ staggering tiġi evitata l-prattika preżenti illi l-kawżi kollha jiġu appuntati fid-9.00 a.m. bil-possibilità reali ta’ dewmien ta’ diversi sigħat għal kull min ikun involut, sabiex jinstemgħu l-kawżi kollha.
MIŻURA 384: Installazzjoni ta’ Metal Detector Ieħor: waħda mir-raġunijiet illi l-kawżi ma jkunux jistgħu jsiru fid-9.00 a.m. jew fl-ewwel ħinijiet tas-seduta, preżentement, hija l-kju kbir illi jkun hemm barra l-Qorti fejn ħafna drabi l- avukat jinforma lill-Qorti illi l-patroċinat tiegħu jkun qiegħed jistenna sabiex jgħaddi mill-metal detector. Ikun utli illi jiddaħħlu metal detectors oħra sabiex din il-problema titnaqqas.
MIŻURA 385: Dmir tal-Pulizija li tiġbor il-provi qabel ma tressaq persuna
akkużata b’reat fil-Qorti tal-Maġistrati: huwa dmir tal-Pulizija li tiġbor il-provi u
tressaq il-Qorti persuni li jkunu suspettati li wettqu reat. Madankollu, ġieli jiġri li l-Pulizija tressaq lil persuna l-Qorti u takkużaha b’reat mingħajr ma tkun ġabret il-provi kollha. Il-Pulizija tistrieħ fuq il-fatt li hija għandha każ prima facie, u mbagħad tieħu ż-żmien tagħha biex tikkonkludi l-provi kollha neċessarji waqt il- proċeduri fil-Qorti. Filwaqt li jista’ jkun hemm każijiet ta’ urġenza fejn il- Pulizija ma tkunx tista’ tagħmel mod ieħor, bħal meta persuna suspettata tkun trid tiġi rilaxxjata wara 48 siegħa, din il-prassi li persuna titressaq il-Qorti meta jkunu għadhom ma nġabrux il-provi kollha, m’għandhiex tkun ir-regola. Huwa imperattiv li kawża tibda tinstema’ mill-Qorti tal-Maġistrati wara li l-Pulizija tkun ġabret il-provi kollha tagħha ħalli l-Qorti tkun tista’ tisma’ x-xhieda u l- provi kollha fl-eqsar żmien possibbli, u b’mod kemm jista’ jkun mhux interrot, u b’hekk jonqos drastikament in-numru ta’ rinviji jew differimenti u l-proċess kriminali jiġi spedit.
MIŻURA 386: Case Management fil-Qrati ta’ ġurisdizzjoni kriminali: filwaqt li fil-Qrati ċivili, il-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u Proċeduri Ċivili jipprovdi għall- għodda ta’ case management, ewlenija fosthom il-pre-trial hearing u l-uffiċċju tal-Ġurist li qed tipproponi din il-Kummissjoni biex jgħin lill-ġudikanti fil-qadi tad-doveri aġġudikattivi tagħhom, fil-kamp kriminali jinħtieġ li tiġi introdotta wkoll sistema ta’ pre-trial fejn, fl-ewwel seduta ,il-Qorti tieħu kontroll tal-kawża u tistabbilixxi d-dati tas-seduti, x’se jsir f’kull seduta, min għandu jigi mħarrek,
xi provi se jinġiebu, meta tkun se ssir it-trattazzjoni u meta tkun se tingħata s- sentenza. B’ippjanar tajjeb tas-seduti tramite management plan għal kull kawża ta’ ċertu tul u gravità, il-Qorti tkun tista’ tistrada aħjar is-smigħ ta’ dawk il- proċeduri b’aktar speditezza u organizzazzjoni u b’hekk il-Qrati ta’ ġurisdizzjoni kriminali jkunu accountable wkoll skont l-artiklu 532 tal-Kodiċi Kriminali li jirrekjedi li m’għandux ikun hemm dewmien. Dwar sistema ta’ għodda għall- immaniġjar tal-kawża, ara r-Rapport tas-CEPEJ, Appendix III, Implementing The
Saturn Time Management Tools in Courts – A Guide kif ukoll Appendiċi IV, Addendum to the Draft Report CEPEJ Tools.
MIŻURA 387: Għeluq tal-proċessi verbali: hemm ukoll diffikultà sabiex jingħalqu l-proċessi verbali minħabba illi hawn nuqqas ta’ esperti f’ċerti oqsma – per eżempju l-ispiżjara – b’mod illi dawn ikollhom overload ta’ xogħol u ħafna drabi l-inkjesta ma tkunx tista’ tingħalaq proprju għaliex dan l-aħħar espert ma jkunx lesta xogħlu, mentri r-rapporti l-oħra kollha jkunu lesti. Jinħtieġ illi dan in- nuqqas jiġi rimedjat mill-Awtorità dwar il-Ħatra għas-Servizzi Ġudizzjarji ħalli meta l-Prosekutur Ġenerali jieħu f’idejh l-inkjesti li llum il-ġurnata qed isiru mill-Maġistrati Inkwirenti din id-diffikultà tiġi sorvolata.
MIŻURA 388: Xhieda ta’ tobba, kirurgi, eċċ.: sitwazzjoni oħra illi twassal għal dewmien hija meta tkun meħtieġa x-xhieda ta’ tobba, speċjalment dawk mill- Emerġenza, jew kirurgi, illi jinżertaw impenjati bix-xogħol professjonali tagħhom fid-data tas-seduta. Sistema prattika kif dawn il-problemi jiġu sorvolati hija billi l-Qorti, safejn huwa possibbli, tikkoordina data mal-istess tabib meta jistgħu jinstemgħu diversi kawżi fejn dan ikun involut. Iżda x’aktarx illi ma jistax isir wisq aktar minn hekk biex tiġi evitata din is-sitwazzjoni in vista tad- daqs żgħir ta’ pajjiżna u l-konsegwenti riżorsi limitati f’dan il-qasam. Soluzzjoni oħra tista’ tkun illi x-xhieda tat-tobba ssir permezz tal-video conferencing fejn kamra tiġi attrezzata f’dan is-sens fl-isptarijiet kollha tal-Gvern u fid-djar tal- anzjani tal-Gvern, ħalli b’hekk ix-xhieda tingħata direttament minn hemm. Jekk ikun hemm il-ħtieġa ta’ preżentata tad-dokumenti, allura l-avukat jew prokuratur legali fi ħdan id-Dipartiment tas-Saħħa jkun jista’ jippreżenta tali dokumenti huwa stess, anke jekk konfermati bil-ġurament tax-xhud jekk ikun il-każ, permezz ta’ Nota fir-Reġistru.
MIŻURA 389: Xhieda ta’ rappreżentanti ta’ enti morali: jiġri waqt ġuri li kull persuna li tkun xehdet fil-kumpilazzjoni terġa’ tiġi prodotta biex tixhed waqt ġuri anke jekk ix-xhieda tagħha tista’ tkun teknika jew mera formalità, u ma jkunx hemm kontestazzjoni dwarha mill-partijiet bħal meta jiġi esebit xi dokument awtentiku. F’każijiet bħal dawn, meta l-partijiet jaqblu li ċertu provi jkunu ammissibbli mingħajr ebda diffikultà dik ix-xhieda għandha tinqara in open court lill-ġurati mingħajr il-ħtieġa li tali xhud jintalab jerġa’ jitla’ jixhed. Fejn ix-xhud ma jkunx għadu jaħdem ma’ dak id-dipartiment jew enti morali u allura ma jkollux aktar aċċess għar-records, għandu jitħarrek minflok dik il-persuna li tkun tista’ tikkonferma jew taġġorna dawk ir-records u mhux il-persuna li xehdet fil- kumpilazzjoni, aktar u aktar jekk, minħabba t-trapass taż-żmien bejn il- kumpilazzjoni u l-ġuri, dik il-persuna tista’ tkun mietet, emigrat jew spiċċat dementi, jew ma jkunx għad għandha aċċess, għad-dokumenti inkwistjoni.
F’dawn il-każijiet għandu jitħarrek mhux persuna speċifika iżda l-Kap tad- Dipartiment jew iċ-Chairperson tal-enti morali konċernata u dawk ikollhom il- fakultà li jibagħtu lil dak l-impjegat li jkun addett mill-informazzjoni li tkun qed tintalab li tiġi esebita fil-ġuri.
MIŻURA 390: Il-manteniment: sitwazzjoni partikulari fil-qasam tal- manteniment hija meta jkollok persuna obbligata illi tħallas il-manteniment, illi ripetutament ma tħallasx. Mela l-kreditur ikollu jaħli l-ħin u l-flus sabiex jagħmel il-kwerela u jitla’ l-Qorti. Jiġri ta’ spiss illi d-debitur, meta jara hekk, iħallas anke dakinhar tas-seduta stess u allura l-każ jiġi rtirat. Iżda anke jekk le, u d-debitur effettivament jiġi misjub ħati, fl-aħħar mill-aħħar il-kreditur se jkun ħela talanqas nofs ta’ nhar xogħol, u l-ispejjeż tal-konsulent legali sabiex jirkupra dak illi kien tiegħu bi dritt. B’hekk manteniment, illi statistikament ġeneralment huwa ta’ madwar €200 fix-xahar, jiġi mnaqqas b’tal-anqas €50 minħabba l-pika. Għalhekk għandu jkun possibbli għall-Maġistrat illi oltre l-piena, jew minflok l-istess, jikkundanna lill-imputat illi jħallas ukoll, oltre l-manteniment, ammont ta’ danni ta’ mhux aktar minn €100, lill-kreditur tal-manteniment, liema danni jkunu enforzabbli bħala kreditu ċivili.
MIŻURA 391: Kawżi ta’ Drogi: Il-Qorti m’għandhiex tisma’ kawżi kontra first
time offenders li jkollhom fil-pussess tagħhom droga fi kwantità żgħira għall-użu
personali tagħhom. Għal dawn il-persuni għandha tapplika proċedura differenti, dik li titratta dwar arrest referral scheme u t-twaqqif ta’ extra judicial body for
the processing of first time offenders for drug offences – possession for personal use. Dwar din il-materja, il-Kummissjoni hija konxja li l-National Commission on the Abuse of Drugs, Alcohol and Other Dependencies qed taħdem fuq rapport
li jiżviluppa dan il-proġett, u għalhekk ma tħossx li għandha tagħmel rakkommandazzjonijiet aktar dettaljati minn dik t’hawn fuq. Il-Kummissjoni hija tal-fehma wkoll li l-liġi tad-drogi għandha bżonn li tinkiteb mill-ġdid, tiġi simplifikata, tinġabar f’liġi waħda, primarjament l-Ordinanza dwar il-Professjoni Medika u l-Professjonijiet li għandhom x’jaqsmu magħha, Kap. 31 tal-Liġijiet ta’ Malta, u l-Ordinanza dwar il-Mediċini Perikolużi, Kapitlu 101 tal-Liġijiet ta’ Malta u li jiġi stabbilit bi preċiżjoni meta qabda tad-drogi għandha titqies bħala waħda intiża għall-użu personali jew għal traffikar. Għandha tiġi adoperata sistema fejn ikun eħfef li l-lista ta’ mediċini perikolużi tiġi aġġornata bi speditezza u mhux neċessarjament bil-ħtieġa ta’ intervent leġislattiv mill- Parlament. Din il-Kummissjoni qed tħalli impreġudikata l-kwistjoni dwar jekk pussess ta’ droga għal użu personali għandux jiġi dekriminalizzat kif ipproponiet l-Alternattiva Demokratika lil din il-Kummissjoni fil-laqgħa li nżammet bejn il- Kummissjoni u l-Alternattiva Demokratika fis-26 ta’ Lulju 2013, peress li din il- materja teżorbita mill-mansjonijiet tagħha u taqa’ aktar fil-kompetenza tan-
National Commission on the Abuse of Drugs, Alcohol and Other Dependencies.
L-aħħar punt dwar kawżi ta’ droga, fil-każijiet ta’ droga quddiem il-Qorti Kriminali, l-akkużat ma jistax jagħzel li l-ġuri jsir mill-Imħallef mingħajr ġurati minħabba l-piena ta’ priġunerija għall-għomor. Din il-preklużjoni ġġib magħha ħafna ħela ta’ żmien (rekwiżitorji, difiżi, repliki, kontro-repliki, indirizzi u deliberazzjonijiet) meta fil-maġġor parti tagħhom il-fatti f’dawn il-każijiet ikunu sempliċi ħafna. Għalhekk qed jiġi suġġerit li, mingħajr ebda intervent fil-piena,
tiġi introdotta dispożizzjoni fil-Kap. 31 u fil-Kap. 101 (u, eventwalment, fil-liġi konsolidata tad-drogi) fejn jingħad li l-proviso tas-subartiklu (6) tal-artiklu 436 tal-Kodiċi Kriminali ma jkunx applikabbli għar-reati taħt dawk l-Ordinanzi jew taħt il-liġi tad-drogi konsolidata. Dan ikun ifisser li l-ġurijiet tad-droga jkunu ferm aktar sempliċi u ċeleri.
MIŻURA 392: Iffriżar tal-assi kollha tal-imputat: bl-introduzzjoni tal-artiklu 23A tal-Kodiċi Kriminali, il-prosekuzzjoni tista’ titlob l-iffriżar tal-assi kollha tal-imputat f’każijiet ta’ reati li l-piena tagħhom teċċedi sena priġunerija. Il-Qorti hija marbuta li tiffriża tali assi. Għalhekk, il-Kummissjoni qed tipproponi li tingħata diskrezzjoni ċara lill-Qorti li tiddeċiedi jekk għandhiex taċċetta t-talba tal-prosekuzzjoni għall-iffriżar tal-assi u, fl-eventwalità li taċċetta tali talba, ikollha diskrezzjoni li tillimita dik l-ordni għall-ammont meritu tal-kawża. Ukoll, il-liġi għandha tagħmilha ċara li kull introjtu li jkollu l-imputat pendente lite ma jiġix kolpit b’dik l-ordni sakemm il-Qorti ma tiddeċidix mod ieħor.
MIŻURA 393: Storbju ġġenerat minn bars u stabbilimenti kummerċjali oħra: fil-kawżi tad-distrett qed ikun hemm ħafna ġirien li jgorru minħabba storbju ġej minn bars u minn stabbilimenti kummerċjali oħra. Dan ifisser li l-Qorti trid kull darba tinnomina espert biex imur ikejjel il-ħoss u l-ħatra ta’ dawn l-esperti hija ta’ piż finanzjarju fuq l-erarju pubbliku. Biex dawn l-ispejjeż ikunu jistgħu jiġu ffrankati, qed jiġi propost li f’kull stabbiliment li jiġi liċenzjat mill-Pulizija li jkunu għajn ta’ ħafna storbju, għandha tiddaħħal kundizzjoni fil-liċenzja li jkun jrid jiġi nstallat decibel metre li l-funzjoni tiegħu hi li meta l-ħoss jaqbeż ċertu metraġġ ta’ decibels li jkun preskritt mil-liġi tinqata’ l-mużika awtomatikament u b’hekk il-livell ta’ ħoss jiġi regolat a benefiċċju tal-ġirien.
MIŻURA 394: Tisħiħ tal-Laboratorju Forensiku: Hemm bżonn li l-Laboratorju Forensiku jissaħħaħ biex ikun f’pożizzjoni li jipprovdi kull servizz li jista’ jiġi mitlub li joffri lis-servizzi ġudizzjarji kollha u anke lill-Qrati ta’ ġurisdizzjoni ċivili. Jekk il-Laboratorju Forensiku ma jkollux l-apparat jew l-għarfien biex jagħmel dan, huwa għandu jikkuntrattja dan is-servizz mill-privat u, fin-nuqqas, minn laboratorji barranin. Il-Laboratorju Forensiku għandu jgawdi mill-aħjar ċertifikazzjoni minn awtoritajiet ta’ ċertifikazzjoni ta’ standards barranin bħall- ISO.
MIŻURA 395: Konverżjoni ta’ multi fi priġunerija: Illum il-ġurnata, konverżjoni ta’ multa fi priġunerija tvarja skont it-tip ta’ multa li tkun ġiet inflitta. Jekk il-multa hija dik ikkontemplata bħala piena għar-reat kriminali, ir- rata hija ta’ €35 għal kull ġurnata priġunerija (artiklu 11(3) tal-Kodiċi Kriminali) mentri fil-każ tal-ispejjeż peritali, dawn jiġu konvertiti bir-rata ta’ €11.65ċ għal kull ġurnata priġunerija (ara artiklu 533(2)). Ir-rata ta’ €11.65ċ hija r-rata li ammenda tiġi konvertita f’detenzjoni (ara artiklu 13(2)). Forsi wasal iż-żmien li jkun hemm rata waħda għal konverżjoni ta’ flus (sew jekk multi, ammendi jew ħlas peritali) f’ġurnata ħabs.
MIŻURA 396: Ħelsien mill-arrest preventiv wara li persuna tkun skontat il-
żgurat illi meta persuna tkun inżammet taħt arrest preventiv pendenti l-mori tal- proċeduri kriminali, dik il-persuna għandha tiġi meħlusa mill-arrest preventiv – dment li ma jkunx hemm raġunijiet serji ta’ ordni pubbliku – jekk il-piena li hija tista’ tingħata għar-reati li tkun qed tiġi akkużata bihom tkun diġà ġiet skontata. B’hekk, jekk tali persuna eventwalment tinsab ħatja għar-reati addebitati lilha, hija ma jkollix għalfejn tiskonta tali piena ladarba hija tkun diġà għamlet dan. MIŻURA 397: Proċedura għal meta persuna tkun taħt arrest preventiv: Meta persuna tkun taħt arrest preventiv, is-seduti għall-provi jridu jsiru fi żmien mhux aktar minn ħmistax-il jum bejn seduta u oħra. Wara li jgħaddu d-disa’ xhur għall- provi tal-Prosekutur Ġenerali, l-imputat jew akkużat għandu jkollu d-dritt li joħroġ bil-libertà proviżorja taħt garanżiji li jidher għall-proċess. Il-Qorti għandha tkun obbligata ex officio li tara jekk l-arrest għadux meħtieġ għal raġunijiet proċesswali. Dan ikun jinħtieġ emenda għall-artiklu 575 tal-Kodiċi Kriminali.
MIŻURA 398: Għoti ta’ preferenza lil kawżi ta’ persuni taħt arrest preventiv: meta persuna tkun qed tinżamm il-ħabs taħt arrest preventiv, il-kawża ta’ dik il- persuna għandha tingħata prijorità fuq kawżi oħra fejn l-akkużat ikun bil-libertà proviżorja.
MIŻURA 399: Meta Persuna Tirriforma Ruħha: Mhux l-ewwel darba jiġri li persuna tkun instabet ħatja ta’ reat, irriformat ruħha, bdiet taħdem b’mod regolari, anke tiżżewweġ u jkollha familja u tkun qed tmantni l-familja tagħha, u snin wara tinqata’ sentenza oħra kontra dak l-akkużat li timponi fuqu priġunerija oħra ta’ ħabs. Il-Qorti li tkun se timponi dik il-piena għandha jkollha d- diskrezzjoni, wara li tingħata sentencing report, li minflok timponi sentenza ta’ ħabs, timponi sentenza ta’ priġunerija sospiża b’dan illi anke f’dan il-każ dik il- Qorti jkollha l-fakultà li timponi ordni ta’ superviżjoni jew xi ordni oħra bħal dik ta’ probation biex tiżgura li fil-perjodu operattiv ta’ dik is-sentenza sospiża, l- issentenzjat ikompli jġib ruħu sew.
MIŻURA 400: L-att tal-akkuża: Il-mod kif jinkiteb l-att tal-akkuża huwa wieħed antikwat. Ġieli wieħed jieħu l-impressjoni li aktar qed jaqra rumanz milli akkuża oġġettiva kontra persuna akkużata. Għalhekk, l-att tal-akkuża għandu jkun aktar sempliċi, straight to the point u snellit. L-att tal-akkuża u kull kap għandu jkun fih iċ-ċirkustanzi tal-post, ħin, lok u ċirkustanzi storiċi oħra, li jagħtu informazzjoni lill-akkużat fuq xiex se jiddefendi ruħu. Il-Prosekutur Ġenerali għandu jikkonċentra fuq l-akkużi fil-qafas legali.
20.0 Reviżjoni tas-Sistema Legali
Il-Kummissjoni ntalbet biex tagħmel rakkomandazzjonijiet dwar reviżjoni tas- sistema legali. Din hija materja vasta ħafna u se tkun qed tikkunsidra r-reviżjoni tas-sistema legali in kwantu din taffettwa l-amministrazzjoni tal-ġustizzja.